Monday, May 13, 2024

L-Isptarijiet se jibqgħu għand il-gvern

... Miċħud l-appell ta’ Steward

Aqra wkoll

Il-Qorti tal-Appell ċaħdet l-appell ta’ Steward Healthcare kontra d-deċiżjoni li jiġi annullata l-konċessjoni tat-tliet sptarijiet – ta’ San Luqa, ta’ Karin Grech u tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex. 

F’sentenza ta’ 99 paġna, il-Qorti tal-Appell li kienet preseduta mill-Prim Imħallef Mark Chetcuti flimkien mal-Imħallfin Giannino Caruana Demajo u Anthony Ellul, ikkonfermat is-sentenza tal-Imħallef Francesco Depasquale li kien ordna li dawn it-tliet sptarijiet għandhom jgħaddu lura għand il-Gvern. 

L-unika bidla li saret kienet relatat mal-ispejjeż tal-każ, biex dawn jinqasmu bejn il-Gvern u Steward Healthcare, u mhux minn Steward biss.

Sport