Wara għaxar snin iservi bħala Isqof fi Djoċesi fi Tripli fil-Libja, l-Isqof Malti George Bugeja ħabbar li kien temm is-servizz tiegħu.
“Waqt li nirringrazzja lil Alla u lil Madonna għal dawn l-għaxar snin li għaddew fis-servizz tal-Knisja fi Tripoli ngħarraf li illum f’nofsinhar gie mħabbar li temmejt dan is-servizz u li Patri Magdy Helmy qed jinħatar bħala Amministratur. Grazzi u Berkuni,” kiteb l-Isqof George Bugeja.