Saturday, December 28, 2024

L-Isqof t’Għawdex b’appell lill-għarajjes sabiex jilbsu ilbies diċenti 

Aqra wkoll

L-Isqof t’Għawdex Monsinjur Anton Teuma appella lill-għarajjes u l-mistednin tagħhom sabiex ma jilbsux ilbies skullat fil-ġurnata tat-tieġ tagħhom, speċjalment waqt l-quddiesa. Mons Teuma wassal dan il-messaġġ  biex fakkar li l-knisja hija d-dar ta’ Alla u li għalhekk huwa post reliġjuż. 

Huwa rrimarka li l-ilbies jikkomunika messaġġ u li b’dan il-mod l-għarusa tkun qegħda  tikkomunika s-seswalità tagħha mhux biss ma’ żewġha iżda wkoll mal-pubbliku ġenerali, partikolarment f’mument fejn hi tagħti lilha nnifisha għal kollox lil żewġha.

L-isqof Teuma qal li dan japplika wkoll għall-ilbiesi ta’ kull min jieħu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet tat-tieġ. Żied jgħid li din id-direttiva tapplika għal kull ċelebrazzjoni tal-knisja, irrispettivament mill-istaġun.

Dwar il-fjuri fil-knisja, l-Isqof qal li dawn huma maħsuba biex jimmarkaw il-postijiet speċjali tal-knisja u mhux biex jiġbdu l-attenzjoni għall-arranġamenti tal-fjuri nfushom. Huwa temm il-messaġġ tiegħu billi qal li jiinsab konxju li dak  li qal jista’ joħloq argument, iżda fl-aħħar mill-aħħar jixtieq iwassal il-messaġġ għal ċelebrazzjoni vera għal kull koppja.

Ekonomija

Sport