Sunday, December 22, 2024

L-istabbiltà tar-reġjun tal-Mediterran ta’ importanza kbira għall-paċi u s-sigurtà globali

Aqra wkoll

Fl-aħħar jumejn, Malta ospitat taħditiet bejn Jake Sullivan, il-Konsulent tas-Sigurtà Nazzjonali tal-Istati Uniti tal-President Joe Biden, u Wang Yi, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika taċ-Ċina, li kienu akkumpanjati wkoll mid-delegazzjonijiet rispettivi tagħhom.

Matul dawn il-jumejn saret ukoll laqgħa bejn il-Prim Ministru Robert Abela u Jake Sullivan li fiha ż-żewġ naħat enfasizzaw li l-istabbiltà tar-reġjun tal-Mediterran hija ta’ importanza kbira għall-paċi u s-sigurtà globali. 

Il-Prim Ministru Robert Abela enfasizza l-importanza tal-paċi globali bħala prerekwiżit fundamentali għal dinja prospera fejn il-kwalità tal-ħajja għan-nies u l-komunitajiet tippermetti li n-nazzjonijiet jikkooperaw u jindirizzaw l-isfidi globali.

L-ospitar ta’ dawn id-diskussjonijiet minn Malta jafferma mill-ġdid ir-rwol tal-pajjiż bħala post naturali u sigur biex isiru diskussjonijiet diplomatiċi ta’ livell għoli. Malta se tkompli tagħti s-sehem tagħha biex tiffaċilita aktar komunikazzjoni miftuħa f’konformità mal-pożizzjoni li ilha li tadvoka – ta’ futur aktar ġust, paċifiku u prosperu.

Ekonomija

Sport