Tuesday, December 24, 2024

L-istadium il-ġdid ta’ Inter u Milan se jiswa €1.2 biljuni

Aqra wkoll

L-istadium il-ġdid ta’ Milan li se jieħu post dak ikoniku San Siro, qed jitqies li se jiġi jiswad aktar minn €1 biljun liema kostruzzjoni se tibda f’Jannar 2024.

Bħala parti mill-pjani ta’ kostruzzjoni, is-sit il-ġdid, li x’aktarx se jkun imsejjaħ “Il-Katidral”, se jinbena qrib l-istadium eżistenti li eventwalment se jitwaqqa’.

Madankollu, id-disinni oriġinali tal-ground il-ġdid urew li wieħed mill-11-il torri famużi tal-istadium l-antik kien se jinżamm biex jingħata ġieħ lil San Siro.

Iżda issa xejn m’hu se jibqa’ minnu, lanqas l-imsemmi Torri li kellu jkun is-simbolu etern tas-sellum tal-football.

Fl-Italja ftit hemm rispett lejn l-istorja sportiva tal-clubs u t-twaqqigħ ta’ San Siro huwa prova tan-nuqqas ta’ attenzjoni għall-meravilji arkitettoniċi ta’ Milan.

Fl-2026, San Siro se jospita ċ-ċerimonja inawgurali tal-Olimpjadi tax-Xitwa, imbagħad se jitwaqqa’.

Bil-bini tal-istadium il-ġdid, Inter u Milan se jkollhom żieda fid-dħul ta’ €120 miljun … €80 miljun mis-settur tal-istadium u €40 miljun mis-settur tal-marketing.

B’kollox il-proġett x’aktarx jieħu 80 xahar biex jinbena, ftit żmien meta wieħed iqis l-impatt viżiv kbir li se jkollu fuq il-belt. Se jiġu ppjanati ċentru ta’ konvenzjonijiet u ċentru kbit tax-xiri ta’ 68 elf metru kwadru.

Meta mqabbel mal-istadium attwali, se jkun hemm tnaqqis żgħir fil-volum: meta mqabbel mal-madwar 150,000 metru kwadru ta’ konkos previsti mill-proġett oriġinali, ikun fadal 98,321 metru kwadru.

Ekonomija

Sport