Sunday, December 22, 2024

L-istadium ta’ Alianza FC sospiż għal sena wara t-traġedja li fiha mietu 12-il partitarju

Aqra wkoll

L-istadium tal-club ta’ Alianza, f’El Salvador, ingħata sospesjoni ta’ sena wara li nhar il-Ħadd li għadda, 12-il partitarju mietu mgħaffġa fl-istands. 

Aktar minn 100 persuna weġġgħu serjament waqt l-inċident f’Cuscatlan Stadium li jinsab fil-belt kapitali, San Salvador.

Il-club se jkun sfurzat jilgħab il-logħob domestiku bil-bibien magħluqa għal sena, filwaqt li għandhom sal-21 ta’ Lulju biex iħallsu multa ta’ £24,000 imposta mill-Fede­razzjoni tal-Football Salvadorjan.

U Deportivo FAS se javvanzaw għas-semi-finali tal-kampjonat wara li ġew dikjarati rebbieħa ta’ 2-0.

Il-President ta’ El Salvador, Nayib Bukele, qal li se ssir “investigazzjoni bir-reqqa” wara din it-traġedja li setgħet ġiet evitata. 

Inizjalment, l-awtoritajiet iddikjaraw li t-traġedja seħħet minħabba li partitarji ppruvaw jidħlu fl-istadium.

L-imsemmi inċident f’El Salvador seħħ wara li s-sena l-oħra attakk fatali qatel 135 spettatur fi stadium fil-Lvant ta’ Java, fl-Indoneżja, f’Ottubru.

Il-vittmi mietu mgħaffġa wara li ppruvaw jaħarbu mill-ground wara li l-pulizija sparaw gass tad-dmugħ fil-folla.

Ekonomija

Sport