Sunday, November 10, 2024

L-istaġun għall-goalkeeper Thibaut Courtois mitmum wara li weġġa’ l-cruciate

Aqra wkoll

Il-goalkeeper internazzjonali Belġjan ta’ Real Madrid, Thibaut Courtois, jista’ jitlef l-istaġun kollu meta fl-aħħar sessjoni ta’ taħriġ ta’ qabel l-istaġun sofra injury gravi fl-irkoppa tax-xellug. 

Courtois, 31 sena, qal li kien f’agunija assoluta wara li weġġa’ irkopptu.

Skond il-media Spanjola,  l-eks goalkeeper ta’ Chelsea kien qed jibki bl-uġigħ li sofra u kellu jinħareġ mill-ground fuq stretcher. 

Imbagħad, Real Madrid ikkonfermaw l-injury tal-Belġjan kienet qtugħ tal-ligamenti tal-irkoppa. 

Wara t-testijiet li saru fuq Courtois, huwa ġie djanjostikat bi ksur tal-ligament anterjuri tal-irkoppa tax-xellug tiegħu.

“Il-player se jkollu jgħaddi minn kirurġija fil-jiem li ġejjin.”

Il-partitarji kienu pronti biex jirreaġixxu u jawguraw lil Courtois. 

Peró, milli jidher il-Madrileni jridu jibdew ifittxu goalkeeper denju biex jieħu post il-Belġjan.

Sport