Friday, November 15, 2024

L-istaġun ta’ Neymar jintemm b’operazzjoni

Aqra wkoll

Neymar Jr mhux se jerġa’ jilgħab dan l-istaġun wara li ġie operat għal injury persistenti fl-għaksa.

L-eks superstilla ta’ Barcelona ilu ma jilgħab mid-19 ta’ Frar wara li tkeċċa fir-rebħa ta’ Paris Saint-Germain 4-3 f’Ligue 1 f’darhom kontra Lille.

Inizjalment PSG għażlu biex isirulu aktar testijiet, u perjodu ta’ mistrieħ għall-internazzjonali Brażiljan, bil-player ta’ 31 sena diġà eskluż mill-vjaġġ tagħhom taċ-Champions League kontra Bayern Munich ta’ għada fl-Allianz Arena.

Madankollu, wara konsultazzjonijiet mal-istaff mediku ta’ PSG, il-club issa kkonferma d-deċiżjoni li jibgħatu għall-operazzjoni.

Is-sejħa saret wara sensiela ta’ sprains fl-għaksa, bil-kirurġija mistennija tistabbilizza l-ligamenti bil-ħsara, u tipprevjeni rikaduti fil-futur.

Neymar saritlu l-operazzjoni fl-Isptar ASPETAR f’Doha, b’perjodu minimu ta’ tlieta sa erba’ xhur ta’ rijabilitazzjoni, qabel ma jkun jista’ jerġa’ lura għat-taħriġ sħiħ.

Iż-żmien tal-proċedura ntgħażel biex Neymar jingħata l-akbar ċans li jieħu sehem fit-taħriġ sħiħ ta’ qabel l-istaġun f’Pariġi.

Ekonomija

Sport