Wednesday, March 18, 2026

L-istaġun tal-Boċċi 2026 jibda nhar il-Ġimgħa bis-Super Cup

Aqra wkoll

Nhar il-Ġimgħa li ġej jibda l-istaġun 2026 tal-boċċi bis-Super Cup organizzata mill-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi bejn Għaxaq u Buġibba.

Għaxaq kienu r-rebbieħa tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni fejn kienu konsistenti tul l-istaġun kollu u għalhekk rebħu dan l-unur b’mod meritat. Mill-banda l-oħra, Buġibba rebħu t-Tazza tal-Anġlu wara li ddominaw il-finali kontra St Peter’s Żabbar.

Din il-finali se tintlagħab fil-pitch ta’ Ħaż-Żabbar u tibda fis-6.30pm.

Sadanittant saru magħrufa t-timijiet li se jieħdu sehem fil-kampjonati tal-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet Diviżjoni.

L-Ewwel Diviżjoni se jkun magħmul minn 12-il tim li huma Bugibba, B’Kara, Ghaxaq, Lija, Msida, St.Peters Zabbar, Qormi S.B, San Gwann, St.Venera, Zebbug, Zejtun u Żurrieq ●

It-Tieni Diviżjoni hu ffurmat minn 11-il tim u dawn huma Birgu, B’Bugia, Floriana, Hamrun, Isla, M’Xetto, Mosta, Qormi S.G, St.Lucija, Thallassalejn u Zabbar.

Finalment seba’ timijiet se jieħdu sehem fit-tielet diviżjoni u dawn huma Bormla, Fgura, Kirkop, Luqa, Marsaskala, Paola Wolves u Qrendi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport