Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar iħabbar li l-istaġun tal-kaċċa għas-summien jiftaħ nhar it-Tnejn 13 t’April u jibqa’ miftuħ sal-Ħadd 3 ta’ Mejju, 2026, minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa nofsinhar matul il-ġranet kollha tal-istaġun tas-summiena.
Dan iddikjarah il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali.
Il-Ministru Camilleri spjega lil-istaġun tal-kaċċa għall-gamiem jiftaħ nhar it-Tnejn 20 t’April u jibqa’ miftuħ sal-Ħadd 3 ta’ Mejju, 2026, minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa nofsinhar matul il-ġranet kollha tal-istaġun tal-gamiema.

