Saturday, December 28, 2024

L-istat Awstraljan ta’ Victoria jibgħat 500 pulizija biex iżommu lil 3,000 resident f’torrijiet residenzjali taħt lockdown

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa Awstraljani qed jipprovaw jagħmlu minn kollox biex inaqqsu t-tixrid tal-coronavirus f’dosa’ torrijiet ta’ appartamenti f’Melbourne u jipprevjenu milli ż-żieda fil-każijiet twssal għal lockdown sħiħa tal-belt. Dan hekk kif il-kirjiet għat-3,000 resident fit-torrijiet residenzjali effettwati ġiet sospiża, bir-residenti jingħataw ukoll allowances speċjali.

Paul Kelly, l-aġnet kap mediku għall-Awstralja, iddeskriva t-torrijiet li jinsabu fiċ-ċentru tal-każi ġodda bħala “cruise ships vertikali”. Dan hekk kif residenti mid-disa’ torrijiet, li l-biċċa l-kbir atagħhom huma immigranti, qed jilmentaw minn nuqqas ta’ provvista tal-ikel, b’500 uffiċjal tal-pulizija jinfurzaw il-lockdown.

Iż-żieda fir-restrizzjonijiet fil-konfront tar-residenti fit-torrijiet tħabbru l-ewwel ilbieraħ. bl-awtoritajiet jirreġistraw 108 każi ġodda ta’ Covid-19 f’belt li diġà kienet poġġiet lil diversi żoni f’lockdown.

Intant illum instabu 74 każ ieħor f’Melbourne, b’paragun mal-14 oħrajn li nstabu fi New South Wales u żewġ każi f’Western Australia.

Ekonomija

Sport