Sunday, November 24, 2024

L-istat ta’ Nagorno-Karabakh f’riskju li ma jibqax jeżisti

Aqra wkoll

Hekk kif fil-1 ta’ Jannar mistennija tibda sena ġdida, hemm ir-riskju li l-istat ta’ Nagorno-Karabakh sa dak iż-żmien ma tibqax teżisti. Dan qalu il-mexxej tar-Repubblika tal-Armenja.

Samvel Shahramanyan ħabbar dan aktar kmienidinil-ġimgħa, hekk kif iffirma ordni li tħoll l-istituzzjonijiet kollha tal-istat mill-1 ta’ Jannar.

Shahramanyan qal li d-deċiżjoni li l-istat mhux se jibqa jeżisti kienet ibbażata fuq il-prijorità li jiġu żgurati s-sigurtà fiżika u l-interessi vitali tal-poplu. Huwa għamel referenza għall-ftehim tal-Ażerbajġan fuq l-ivvjaġġar ħieles, volontarju u mingħajr xkiel.

Huwa ħeġġeġ lin-nies min-Nagorno-Karabakh, inklużi dawk li bħalissa jgħixu barra minnha, biex jiffamiljarizzaw ruħhom mal-kundizzjonijiet tar-riintegrazzjoni fl-Ażerbajġan.

Il-Prim Ministru tal-Armenja, Nikol Pashinyan qal li jistenna li fil-jiem li ġejjin ma jibqax l-Armeni fin-Nagorno-Karabakh.

Ir-reġjun huwa rikonoxxut internazzjonalment bħala parti mill-Ażerbajġan iżda l-Armenja ħadet il-kontroll fis-snin 90 wara l-kollass tal-Unjoni Sovjetika.

Sport