Saturday, September 14, 2024

L-istat ta’ Oklahoma jipprojbixxi l-abort kważi għalkollox

Aqra wkoll

Il-politiċi tal-istat Amerikan ta’ Oklahoma għaddew abbozz li jipprojbixxi kważi għalkollox l-abort ġewwa dan l-istat. 

Dan l-abbozz jikkriminalizza l-abort kawżi f’kull eventwalità, apparti jekk dan isir biex “tiġi salvata l-ħajja tal-omm f’każ ta’ emerġenza medika”. B’dan l-abbozz, tobba u professjonisti li jinstabu ħatja li wettqu abort jistgħu jeħlu multa sa $100,000 u piena ta’ 10 snin ħabs. 

Il-Kamra tar-Rappre­żen­­tanti ta’ Oklahoma – li fil-maġġoranza assoluta tagħha hija Repubblikana – ivvotat favur dan l-abboz b’70 favur u 14 kontra. Issa jmiss li dan jitressaq qudd­iem il-Gvernatur Kevin Stitt biex japprovah. Stitt kien diġà qal li huwa kommess li jiffirma kull liġi tipprojbixxi l-abort. 

Min-naħa l-oħra, gruppi li huma favur l-għażla qalu li dan l-abbozz huwa daqqa devastanti għan-nisa.

Ekonomija

Sport