Saturday, December 21, 2024

L-istati kollha Amerikani taħt allert qabel iċ-ċerimonja ta’ inawgurazzjoni ta’ Joe Biden

Aqra wkoll

L-istati kollha tal-Istati Uniti jinsabu taħt allert għall-possibbiltà ta’ protesti vjolenti matul tmiem din il-ġimgħa qabel ma tiżvolġi ċ-ċerimonja ta’ inawgurazzjoni tal-President-elett Joe Biden nhar l-Erbgħa li ġej.

It-truppi tal-Gwardja Nazzjonali ntbagħtu en masse f’Washington biex ikun aċċertat li ma jerġgħux iseħħu l-irvellijiet vjolenti tal-ġimgħa li għaddiet.

L-FBI wissiet ukoll dwar il-possibbiltà ta’ marċijiet armati minn sostenituri ta’ Trump fl-istati kollha. Il-biċċa l-kbira ta’ Washington se tkun qed titpoġġa taħt lockdown qabel iċ-ċerimonja ta’ inawgurazjoni ta’ nhar l-Erbgħa.

Intant it-tim ta’ Biden qed iniedi pjani biex ineħħi ċerti liġijiet li kienu ġew fis-seħħ taħt Trump.

Ekonomija

Sport