Sunday, January 11, 2026

L-Istati Uniti b’attakki fuq militanti tal-Istat Iżlamiku fis-Sirja

Aqra wkoll

Uffiċjali għoljin tal-armata tal-Istati Uniti qalu li fl-aħħar sigħat kienu wettqu attakki fuq militanti tal-Istati Uniti fis-Sirja. 

Il-President Donald Trump ordna dawn l-attakki nhar is-Sibt filgħaxija bħala parti mill-operazzjoni “Hawkeye Strike” u dan bħala ritaljazzjoni tal-attakki li l-Istat Iżlamiku wettaq fuq il-forzi Amerikani fis-Sirja fit-13 ta’ Diċembru li għadda.

Dawn l-attakki saru wkoll bħala miżura kontra t-terroriżmu kemm fir-reġjun u anke madwar id-dinja.

“Il-messaġġ tagħna hu wieħed b’saħħtu ħafna. Jekk tweġġgħu lil xi suldat minn tagħna aħna se niġu għalikom u naqtlokom tkunu fejn tkunu fid-dinja,” qal uffiċjal għoli tal-Istati Uniti.

L-operazzjoni li saret fl-aħħar sigħat fis-Sirja saru fuq 35 mira li fihom kien hemm persuni li jgħinu lill-Istat Iżlamiku. B’kollox f’din l-operazzjoni ntużaw 20 ajruplan tal-gwerra. 

Min-naħa tiegħu s-Segretarju tad-Difiża Amerikan Pete Hegseth f’messaġġ li kiteb fuq X qal li “aħna qatt ma ninsew… u qatt ma nċedu”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport