Sunday, December 29, 2024

L-Istati Uniti b’għotja ta’ $325 miljun f’tagħmir militari lill-Ukrajna

Aqra wkoll

Il-gwerra bejn l-Ukrajna u r-Russja għadha tippersisti s’issa, biż-żewġ pajjiżi qed jingħataw l-għajnuna minn pajjiżi u sorsi differenti. Dan l-aħħar, il-President Amerikan Joe Biden ħabbar li l-Istati Uniti se tkompli tgħin lil Ukrajna, din id-darba b’għotja ta’ $325 miljun f’tagħmir militari.

Il-President Biden ħabbar dan wara li aktar kmieni din il-ġimgħa huwa ltaqa’ mal-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky fil-White House, fejn iddiskutew il-gwerra li issa qed toqrob lejn is-sentejn minn mindu r-Russja invadiet il-pajjiż ġar tagħha.

Biden qal li l-għajnuna militari li l-Istati Uniti se tagħti l-Ukrajna tinkludi teknoloġija biex tikkumbatti l-attakki mill-ajru, kif ukoll armi kontra t-tankijiet Russi tal-gwerra.

Fl-istess laqgħa bejn Biden u Zelensky, il-President Amerikan qal li din it-tip ta’ għajnuna hija meqjusa bħala waħda kruċjali sabiex id-difiża tal-Ukrajna tissaħħaħ. Huwa enfasizza wkoll il-fatt li jekk l-Ukrajna ma tingħatax għajnuna bħal din, mhux se tkun kapaċi tiddefendi lilha nnifisha minn attakki Russi.

Ekonomija

Sport