Saturday, October 26, 2024

L-Istati Uniti b’rekord ta’ każi ġodda ta’ Covid-19

Aqra wkoll

Bl-Istati Uniti tistenna bix-xwiek ir-riżultati elettorali fi stati li se jkunu qed jiddeterminaw min se jkun qed jirbaħ it-tiġrija presidenzjali, fl-istess waqt il-pajjiż qed ikompli jiffaċċja żieda sostanzjali fin-numru ta’ każi ġodda ta’ Covid-19.

Dan hekk kif għat-tieni jum konsekuttiv ġew irreġistrati rekord ta’ każi ġodda, b’102,830 każ rapportat matul il-jum tal-Ħamis.

Dan kien it-tieni jum konsekuttiv li l-każi fl-Istati Uniti qabżu l-100,000 każ.

Skont iċ-ċnetru ta’ riżorsi tal-coronavirus fl-Università ta’ John Hopkins, l-Istati Uniti rreġistrat ukoll 1,097 imwiet mill-Covid-19 matul il-jum tal-bieraħ.

L-aktar stati li rreġistraw każi ġodda kienu Texas (9,509), Illinois (7,538), Wisconsin (5,936), u Kalifornja (5,519).

Il-ġimgħat li ġejjin se jkunu qed jindikaw jekk l-elezzjoni kinitx fattur importanti fiż-żieda tal-każi fil-pajjiż.

Sport