Saturday, November 16, 2024

L-Istati Uniti b’rekord ta’ każi ġodda ta’ persuni infettati bil-Covid-19 mindu bdiet il-pandemija

Aqra wkoll

L-Istati Uniti rreġistrat rekord ieħor ta’ każi ġodda ta’ Covid-19 sa mill-bidu tal-pandemija fl-Istati Uniti. Ilbieraħ, skont statistika mill-Università John Hopkins, ġew irreġistrati 126,742 każ ġdid ta’ coronavirus.

Dan in-numru ta’ każijiet ġodda jimmarka r-raba’ jum konsekuttiv meta n-numru ta’ każi ġodda fl-Istati uniti kienu jiżbqu l-100,000 każ, u t0tielet jum konsekuttiv meta l-każi kienu jaqbżu l-120,000.

Din iż-żieda fl-infezzjonijiet wasslet ukoll biex numru akbar ta’ persuni jiddaħħlu għall-kura l-isptar, b’aktar persuni jmutu wkoll kaġun tal-virus.

L-eks-Kummissarju għall-Amministrazzjoni tal-Ikel u l-Mediċina, Dr Scott Gottlieb, qal li “mhumiex biss in-numru ta’ każi li qed iqajjem tħassib. Huwa n-numru wkoll ta’ persuni li qed jiddaħħlu l-isptar għall-kura. Dawk huma ċ-ċifri li wieħed verament għandu joqgħod isegwi – 53,000 persuna l-isptar u 10,500 f’taqsimiet ta’ kura intensiva. Din hija ċifta elevata u li qed tkompli tikber b’rata mgħaġġla ħafna.”

Ekonomija

Sport