Saturday, December 21, 2024

L-Istati Uniti jridu li Sirte tiġi demilitarizzata biex tkompli l-produzzjoni taż-żejt

Aqra wkoll

L-Istati Uniti għandhom il-pjan li jiddemilitarizzaw il-Golf ta’ Sirte biex jipproteġu l-bjar taż-żejt u jġibu għan-normalità l-produzzjoni taż-żejt. Kien Khalifa Haftar li waqqaf il-produzzjoni taż-żejt fil-Libja fit-18 ta’ Jannar. 

Jidher li minħabba f’hekk qed jidħlu fil-kwistjoni diversi pajjiżi, fosthom it-Turkija li qiegħda fuq in-naħa ta’ Sarraj, filwaqt li l-Eġittu, l-Emirati Għarab Magħquda u r-Russja jappoġġaw lil Haftar. L-Italja wkoll għandha l-interessi tagħha peress li għandha kumpaniji b’interess f’dawn il-bjar bħall-Eni. 

Iżda fuq kollox hemm l-interess tal-Amerikani, li ħarġu bl-idea li jkun hemm żona demilitarizzata bejn Sirte u Bengażi. Dan għandu jżomm ukoll ‘il bogħod lir-Russi miż-żejt Libjan, fosthom merċenarji mis-soċjetà Russa Wagner.  

Ekonomija

Sport