Saturday, November 16, 2024

L-Istati Uniti qed tistenna żieda kbira fil-każi ta’ COVID-19 wara thanksgiving

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-espert ewlieni tal-mard infettiv ġewwa l-Istati Uniti tal-Amerika, Dr Anthony Fauci, qal li l-Istati Uniti tista’ tkun qiegħda tes- perjenza żieda sostanzjali fil-każi tal-Covid-19 hekk kif ħafna miċ-ċittadini se jkunu qegħdin jirritornaw lura lejn djarhom wara l-vaganza ta’ Thanksgiving. 

Meta kien qiegħed jitkellem mal-midja Fauci qal li għadu mhux tard wisq li wieħed inaqqas kemm jista’ t-tixrid tal-virus u dan billi jilbes il-maskra u jżomm distanza soċjali. Thanksgiving hija tipikament l-iktar ġurnata impenjattiva kummerċjalment ġewwa l-Istati Uniti tal-Amerika fejn ħafna jagħżlu li jmorru fuq vjaġġ. 

Minn kemm ilha li bdiet il-pandemija l-Istati Uniti kellha iktar minn 13-il miljun każ ta’ infezzjoni kif ukoll iktar minn 266,000 mewt. Sa tmiem il-ġimgħa li għaddiet, in-numru ta’ każi ġodda f’Novembru biss kien qabeż l-erba’ miljuni li jfisser id-doppju tal- każi li kien hemm f’Ottubru. 

Minħabba din is-sitwazzjoni, l-awtoritajiet tas-saħħa Amerikani kienu ħeġġew lin-nies biex ma jivvjaġġawx fil-festa ta’ Thanksgiving. Minkejja t-twissijiet fl-aħħar jiem l-ajruporti tal-pajjiż esperjenzaw l-iktar jiem impenjattivi minn Marzu ’l hawn fejn jidher li bejn 800,000 u miljun persuna għaddew mill-ajruporti tal-pajjiż matul il-ġimgħa li għaddiet. Fid-dawl ta’ dan Fauci qal li hemm tista’ tgħid ċertezza li se jkun hemm żieda fil-każi minħabba l-ammont kbir ta’ vvjaġġar li kien hemm. Minħabba f’hekk huwa ħeġġeġ ukoll lil dawk li vvjaġġaw biex kemm jista’ jkun joqogħdu fi kwarantina “jekk hu possibbli”. 

L-esperti mediċi qalu li dan huwa tat-tħassib ħafna, hekk kif is-sitwazzjoni preżenti fil-pajjiż diġà hija waħda prekarja. 

Ekonomija

Sport