Friday, December 27, 2024

L-Istati Uniti ssejjaħ il-preżenza tagħha fil-Lvant Nofsani

Aqra wkoll

Is-Segretarju tad-Difiża tal-Istati Uniti, Lloyd Austin, ordna biex sottomarin armat bil-missili il-USS Georgia flimkien mal USS Abraham Lincoln ibaħħru lejn il-Lvant Nofsani. Dan hekk kif il-kunflitt fiż-żona qiegħed jikber.

Jidher li din il-mossa tal-stati Uniti hi intiża bil-għan li timbotta biex Iżrael u l-Ħamas jilħqu ftehim ta’ waqfien mill-ġlied. Permezz ta’ hekk jista’ tikkalma it-tensjoni fir-reġjun. It-tensjoni żdiedet wara l-qtil tal-mexxej politiku tal-Ħamas Ismail Haniyeh f’Tehran u kmandant anzjan tal-Hezbollah f’Beirut.

Hi mistennija ritaljazzjoni kemm mill-Iran kif ukoll mill-Hezbollah għall-qtil, u minħabba dan l-Istati Uniti qed issaħħaħ il-preżenza tagħha fir-reġjun.

Il-Maġġur Ġeneral Pat Ryder, Segretarju għall-Istampa tal-Pentagon, fi stqarrija iddikjara li tkellem mal-Ministru tad-Difiża Iżraeljan aktar kmieni matul il-ġurnata, u tenna l-impenn tal-Amerika “li tieħu kull pass possibbli biex tiddefendi lill-Iżrael u nnota t-tisħiħ tal-forza militari tal-Istati Uniti. “

Ekonomija

Sport