Monday, March 17, 2025

L-Istati Uniti tiddeporta mijiet ta’ nies mill-Veneżwela minkejja ordni tal-Qorti

Aqra wkoll

Aktar minn 200 Veneżweljan ġew deportati mill-Istati Uniti minkejja li Imħallef ordna biex dan ma jsir. 

L-amministrazzjoni tal-President Trump qalet li dawn kollha huma membri ta’ organizzazzjoni kriminali u għalhekk għandhom jittieħdu lura lejn pajjiżhom u jiġu miżmuma f’ħabs f’El Salvador

Il-President tal-Venezwela, Nayib Bukele qal li b’kollox kienu waslu lura 238 ċittadin u dawn se jkunu qegħdin jinżammu fil-ħabs tal-akbar sigurtà.

Il-White House qalet li huma ma marrux kontra deċiżjoni tal-Qorti hekk kif l-Imħallef James Boasberg ħareġ id-digriet, l-ajruplan bil-persuni li kellhom jiġu deportati kien diġà telaq mill-Istati Uniti u kien kważi wasal fid-destinazzjoni tiegħu.

L-Imħallef James Boasberg ta’ Washington DC ħareġ ordni biex iżżomm lill-amministrazzjoni ta’ Trump milli tinvoka liġi tal-gwerra ta’ mijiet tas-snin ilu sabiex uħud minn dawn id-deportazzjonijiet ikunu ġustifikati iżda t-titjiriet kienu diġà telqu.

Is-segretarja tal-midja tal-White House, Karoline Leavitt, innegat li kienet ġiet vjolata ordni tal-qorti u qalet li l-ordni, li ma kellha l-ebda bażi legali, kienet inħarġet wara li t-terroristi kienu diġa tneħħew minn fuq it-territorju tal-Istati Uniti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport