Sunday, November 10, 2024

L-Istati Uniti tipprojbixxi
lill-kumpaniji li jipproduċu “teknoloġija avvanzata” milli jiftħu fiċ-Ċina 

Aqra wkoll

Kumpaniji tat-tekno­lo­ġi­ja ġewwa l-Istati Uniti  li jirċievi fondi federali se jkunu pprojbiti milli jibnu fabbriki li jipproduċu “tek­noloġija avvanzata” ġewwa ċ-Ċina fl-għaxar snin li ġejjin.  Din l-ordni ħarġet bħala parti minn pjan ta’ $50 biljun li l-għan tiegħu hu li l-Istati Uniti ssaħħaħ l-industrija tas-semiconductors. F’dawn l-aħħar xhur għadd ta’ negozji ħeġġew lill-gvern Amerikan biex jagħtihom iktar appoġġ biex b’hekk tonqos id-dipendenza tal-pajjiż minn fuq iċ-Ċina. Dan kollu qiegħed iseħħ hekk kif kumpaniji kbar tat-teknoloġija qed jesperjenzaw nuqqas ta’ microchips u b’hekk dan qiegħed jaffettwa b’mod negattiv il-pro­duzzjoni. Għalhekk, l-Istati Uniti tal-Amerika qalet li għall-għaxar snin li ġejjin mhix se tippermetti li fondi federali li jingħataw il-kumpaniji teknoloġiċi jiġu investiti ġewwa ċ-Ċina.

Fil-preżent l-Istati Uniti u ċ-Ċina jinsabu fil-qalba ta’ diżgwid dwar il-kummerċ u anke t-teknoloġija. B’rabta ma’ dan, f’Awwissu li għadda l-President Joe Biden kien iffirma liġi li tat $280 biljun f’fondi għall-iżvilupp u riċerka xjentifika ta’ tekonoloġija avvanza u dan hekk kif l-Istati Uniti tinsab imħassba li qiegħda titlef it-tellieqa teknoloġika maċ-Ċina. Il-gvern Amerikan qiegħed ukoll jipprovdi tnaqqis fit-taxxa lil dawk il-kumpaniji li jiftħu impjanti ta’ manifattura ta’ chips ġewwa l-Istati Uniti. 

Fil-preżent l-Istati Uniti tipproduċi biss 10% tal-provvista globali ta’ semiconductors li huma essanzjali tista’ tgħid f’kull prodott teknoloġiku minn mowbajls għal karozzi. Fis-snin 90 l-Istati Uniti kienet tipproduċi 40% tal-provvista globali. 

Sport