Wednesday, November 20, 2024

L-Istati Uniti twaqqa’ l-‘bużżieqa kbira Ċiniża’

Aqra wkoll

L-Istati Uniti waqqa’ bużżieqa kbira Ċiniża li ngħad li kienet qiegħda tispija fuq siti militari ewlenin madwar l-Amerika. 

Id-Dipartiment tad-Difiża kkonferma li l-‘fighter jets’ tiegħu waqqgħu din il-bużżieqa fuq l-ibħra territorjali tal-Istati Uniti. 

Il-President Amerikan Joe Biden kien ilu taħt pressjoni biex din titwaqqa’ minn meta uffiċjali tad-difiża ħabbru għall-ewwel darba li kienu qed isegwuha l-Ħamis li għadda.

Sadanittant, fi stqarrija maħruġa ftit tas-sigħat wara, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin taċ-Ċina qal li kemm-il darba għarrfu lill-Istati Uniti li “l-airship” huwa għal użu ċivili u daħal fl-Istati Uniti b’mod aċċidentali. 

Is-sejba tal-bużżieqa tat bidu għal kriżi diplomatika, bis-Segretarju tal-Istat Amerikan Antony Blinken immedjatament waqqaf il-vjaġġ li kellu jagħmel fi tmiem il-ġimgħa minħabba dan “l-att irresponsabbli”. 

Sport