Monday, October 28, 2024

L-Istati Uniti u ċ-Ċina fi qbil dwar il-komunikazzjoni militari 

Aqra wkoll

L-Istati Uniti u ċ-Ċina qablu li jerġgħu jibdew il-komunikazzjonijiet militari fi sforz biex itaffu t-tensjonijiet li qed jiżdiedu madwar id-dinja. Dan żvelaħ il-President tal-Amerika, Joe Biden hekk kif nhar l-Erbgħa, huwa kellu laqgħa mal-President taċ-Ċna Xi Jinping. 

F’sinjal ċar ta’ laqgħa kostruttivs bejn iż-żewġ pajjiżi f’dan il-qasam, Biden ġie kkwotat li qal li ż-żewġ mexxejja qablu li jistabbilixxu linja diretta ta’ komunikazzjoni ma’ xulxin.

F’konferenza tal-aħbarijiet wara l-laqgħa bejn iż-żewġ mexxejja, il-President Biden qal li issa ż-żewġ presidenti jistgħu jikkomunikaw direttament ma xulxin permezz tat-telefonati. 

Iċ-Ċna qatgħet il-komunikazzjonijiet militari s-sena l-oħra wara ż-żjara li l-Ispeaker tal-Kungress Amerikan ta’ dak iż-żmien, Nancy Pelosi kienet għamlt fit-Tajwan minkejja t-twisssijiet taċ-ina. 

Biden qal li filwaqt li baqa’ ħafna nuqqas ta’ qbil bejnhu u bejn Jinping, it-taħditiet ta’ bejniethom iżda kienu wħud mill-aktar diskussjonijiet kostruttivi u produttivi li qatt kellhom.

Sport