Monday, October 27, 2025

L-Istati Uniti u ċ-Ċina jaqblu dwar qafas ta’ ftehim kummerċjali

Aqra wkoll

L-Istati Uniti u ċ-Ċina qablu dwar qafas ta’ ftehim kummerċjali li mistenni li jiġi diskuss meta l-mexxejja rispettivi jiltaqgħu aktar din il-ġimgħa. 

Scott Bessent qal lil CBS, li dan jinkludi “ftehim finali” dwar l-operat ta’ TikTok fl-Istati Uniti u d-dewmien fil-kontrolli aktar stretti taċ-Ċina fuq il-minerali.

Huwa qal li ma kienx qed jantiċipa li kienu se jidħlu fis-seħħ il-100% tariffi fuq prodotti Ċiniżi, filwaqt li ċ-Ċina se tkun qiegħda terġa’ tibda xiri sostanzjali ta’ sojja mill-Istati Uniti. 

Iż-żewġ nazzjonijiet qed ifittxu li jevitaw li teskala aktar il-gwerra kummerċjali bejn dawn l-akbar żewġ ekonomiji tad-dinja. Trump u l-President Ċiniż Xi Jinping mistennija li jiltaqgħu għal taħditiet nhar il-Ħamis li ġej fil-Korea t’Isfel. 

Sadanittant, Bessent iltaqa’ ma’ uffiċjali għolja tal-kummerċ Ċiniżi fil-marġni tal-ASEAN Summit fil-Malażja, li Trump qiegħed jattendi wkoll bħala parti miż-żjara tiegħu fl-Asja. 

Fil-kummenti tiegħu, Bessent tenna li l-pajjiżi “laħqu qafas sostanzjali għaż-żewġ mexxej” u qal li “t-tariffi se jiġu evitati.” 

Min-naħa l-oħra, il-Gvern Ċiniż qal fi stqarrija li ż-żewġ timijiet ta’ negozjati laħqu kunsens bażiku biex jindirizzaw it-tħassib rispettiv tagħhom. “Iż-żewġ naħat qablu li jiffinalizzaw aktar dettalji speċifiċi,” żied jingħad fl-istqarrija. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport