Friday, November 15, 2024

L-Istati Uniti u ċ-Ċina reġgħu bdew jiddjalogaw

Aqra wkoll

Ir-relazzjonijiet bilaterali bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u ċ-Ċina ħadu żvolta oħra għall-aħjar wara snin ta’ tensjoni politika u ekonomika bejn dan uż-żewġ ekonomiji ewlenin fid-dinja. Dan wassal ukoll biex ta’ nifs ġdid u sens ta’ ottimiżmu lill-pajjiżi ġirien aktar u aktar wara li l-Amerka kienet waqqgħet żewġ bżieżaq Ċiniżi li kienu maħsuba bħala għodda ts’ spjunaġġ fuq siti sensittivi Amerikani.

Nhar it-Tnejn, is-Segretarju tal-Istat Amerikan Anthony Blinken sar l-ogħla diplomatiku tal-Istati Uniti li ltaqa’ mal-President Ċiniż Xi Jinping mill-2018 ‘l hawn, li ssinjifikat solliev kollettiv għal dik il-medda tattika tal-alleati tal-Istati Uniti fil-Paċifiku, mill-Ġappun u l-Korea t’Isfel fit-tramuntana.

Dan żgur deher li kien il-messaġġ li ż-żewġ naħat fittxew li jibagħtu. Fi spazju ta’ jumejn, Anthony Blinken iltaqa’ mal-ogħla diplomatiċi taċ-Ċina Wang Yi u Qin Gang, ma’ dan tal-aħħar għal diversi sigħat, inkluż pranzu ta’ ħidma qabel iltaqa’ mal-President Xi.

Fi tmiem il-laqgħa Xi Jinping faħħar il-progress li sar fit-taħditiet u tkellem dwar ftehimiet dwar kwistjonijiet speċifiċi, mingħajr ma qal x’kienu dawn il-ftehimiet.
Lura f’Washington DC, il-President Amerika Joe Biden faħħar lil Blinken talli għamel biċċa xogħol kbira. Is-segretarju tal-Istat Amerikan qatt kien id-diplomatiku prammatiku u meta kellem lill-ġurnalisti qal li kien b’għajnejh miftuħa dwar iċ-Ċina.

Huwa iżda laqa’ l-ftuħ mill-ġdid ta’ komunikazzjoni ta’ livell għoli bejn iż-żewġ naħat u qal li ċ-Ċiniżi qablu mal-Amerikani li r-rabtiet għandhom jistabbilizzaw, iżda ammetta wkoll li kien hemm numru ta’ kwistjonijiet li profondament għad m’hemmx qbil fuqhom.

Ekonomija

Sport