Saturday, November 23, 2024

L-istatistika turi kif il-Covid-19 ħarbat il-‘cruises’

Aqra wkoll

Għalkemm kienet mistennija l-istatistika dwar il-wasla tal-vapuri tal-passiġġieri f’pajjiżna fl-ewwel tliet xhur tas-sena uriet id-daqqa kbira li l-Covid19 tat lill-industrija bit-tnaqqis ikun ta’ kważi n-nofs fuq tas-sena li għaddiet.

Iċ-ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li bejn Jannar u Marzu li għadda naqsu għal 40,175 dawk li ġew Malta fuq ‘cruise meta fl-istess xhur tal-2019 kienu ġew 78,051.

L-effett tal-pandemija fuq l-industrija tal-Cruiseliners kienet waħda kbira

Qabel mal-vapuri twaqqfu jidħlu Malta minħabba l-coronavirus kienu biss disgħa li laħqu daħlu fil-portijiet lokali, 12 inqas mill-perjodu Jannar-Marz 2019 għalkemm bħala medja kellhom 4,464 passiġġier abbord kull wieħed, 747 aktar mis-sena li għaddiet.

Il-passiġġieri mill-UE ammontaw għal 53.5% tat-total tal-passiġġieri bi 22.8% kienu ġejjin mill-Italja segwiti minn 10.7% minn Franza u 6.3% mill-Ġermanja waqt li 18,663 ġew minn barra l-UE fosthom 15.4% mir-Renju Unit u 15% mill-Istati Uniti.

Sport