Saturday, December 21, 2024

L-istatistiku Dott. Vincent Marmarà

Aqra wkoll

B.Sc (Hons.)(Melit.) M.Sc (Sheff.) Statistics, Ph.D(Stir). FRSS, KLJ

Dott. Vincent Marmarà huwa statisitku u riċerkatur bi professjoni. Huwa kiseb l-ewwel grad tiegħu fl-Istatistika, Riċerka Operattiva u Matematika mill-Università ta’ Malta.

Aktar tard avvanza l-istudji tiegħu billi kiseb Masters of Science fl-Istatistika mill-Università ta’ Sheffield fir-Renju Unit. Wara kiseb id-Dottorat tiegħu fil-Matematika (Statistika) mill-Università ta’ Stirling, l-Iskozja, fejn speċjalizza fuq l-istudju relatat mal-epidemoloġija.

F’dawn l-aħħar 15-il sena huwa kien fdat b’diversi proġetti ta’ riċerka kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll internazzjonali. Huwa mexxa gruppi ta’ riċekra u analizza data xjentifika ta’ livelli għolja.

Dr Marmarà huwa lettur fil-Fakultà tal-FEMA, fl-Università ta’ Malta, u huwa affiljat mar-Royal Statistical Society tar-Renju Unit. Maramarà ilu jippubblika stħarriġ tal-opinjoni pubblika għal dawn l-aħħar snin, u magħruf għall-preċiżjoni tiegħu fihom. 

Ekonomija

Sport