Manchester United, Manchester City u Real Madrid huma kollha lesti biex jidħlu f’tatqiegħa għall-firma tal-midfielder ta’ River Plate, Enzo Fernandez.
Iż-żagħżugħ ta’ 21 sena kellu bidu mill-aqwa għall-istaġun 2022, fejn skorja tmien goals u pprovda erba’ assists fi 18-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.
Fernandez irrifjuta li jinġibed fuq spekulazzjonijiet dwar il-futur tiegħu meta tkellem mal-media x-xahar li għadda, u saħaq li jibqa’ ‘umli’ u jwiegħed li jkompli jikber bħala player.