Monday, June 23, 2025

L-istorja ta’ Malta bħala ispirazzjoni għal aktar films dwar pajjiżna

Aqra wkoll

Għada t-Tlieta 24 ta’ Ġunju, fil-Fort Ricasoli Hub se jkun diskuss kif l-istorja unika ta’ pajjiżna tista’ tkun irrakkontata fil-films.Il-panel discussion, bl-isem ta’ “Where History Breathes: Malta as a Muse for Storytellers,” se ssir bejn il-11:30am, u n-12:30pm.

Bħala parti mill-Mediterrane Film Festival, din id-diskussjoni se tistieden kittieba tal-films, produtturi, diretturi u aktar biex jużaw l-istorja ta’ pajjiżna bħala sors tal-kreattività tal-proġett li jmiss tagħhom.

L-istorja ta’ Malta, imnaqqxa fit-tempji antiki tagħna, il-leġġendi marittimi tagħna, u l-assedji li flimkien irbaħba, kollha joffru ċans għal narrattivi artistiċi.Immexxi mill-istoriku marittimu Liam Gauci, il-panel se jlaqqa’ persuni li jista’ jagħtuk idea ta’ kif iżżewweġ l-arti u l-istorja.

Il-produttur u attriċi rebbieħa ta’ diversi premji Larissa Bonaci se taqsam l-għarfien dwar il-ħolqien ta’ stejjer ta’ reżiljenza msejsa fil-pajsaġġ kulturali ta’ Malta.L- Assistent Direttur tal-Fondazzjoni tal-Arkivji Notarili Vanessa Buhagiar se titkellem iktar fuq kif ir-riċerka tal-arkivji fil-perjodu modern bikri ta’ Malta tista’ ssir dramm uman, romantika, fittizju, u ħafna aktar.

Mario Coleiro, storiku ieħor li m’għandu bżonn ebda introduzzjoni, se jiddiskuti kif l-istorja tista’ ssir ħajja permezz tal-għodda tal-midja. Dan filwaqt li l-awtur Peter Portelli se jagħti ħarsa lejn ir-rumanz tiegħu ‘The Order’, ispirat mill-Assedju l-Kbir tal-1565 u li issa miexi lejn adattament ta’ film.

Jekk inti interessat tirriserva post, għamel dan billi tidħol fuq mediterrane.com

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport