Thursday, December 26, 2024

“L-istrajk suċċess kbir … qed niġbdu ħabel wieħed għall-ġid komuni” – L-MUT

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa, L-MUT qalet li tinstab f’pożizzjoni li tiddikjara li l-istrajk li beda dalgħodu fl-iskejjel huwa ta’ suċċess kbir. Kompliet tgħid li dan juri biċ-ċar li l-edukaturi mhumiex lesti li jitmexxew fid-dlam meta s-sitwazzjoni tal-pandemija timmerita analiżi u azzjoni.

L-MUT, għaldaqstant, appellat lill-awtoritajiet tas-saħħa u dawk edukattivi sabiex minnufih issir l-analiżi tas-sitwazzjoni tal-pandemija u l-effetti fuq l-edukaturi, it-tfal u l-familji, sabiex dawn jirritornaw għat-tagħlim b’mod fiżiku bil-miżuri kollha meħtieġa. 

L-MUT ikkundannat l-pożizzjoni tal-Ministru tal-Edukazzjoni li skonta ppruvat tiġġustifika d-deċiżjoni tal-Gvern billi sostniet li t-tagħlim online mhuwiex ta’ kwalità. Qalet li dan jarmi u jinsulta l-isforzi kollha li għamlu l-edukaturi kollha fil-perjodu li l-iskejjel kienu magħluqin, liema tagħlim online tkompla wkoll bl-iskejjel miftuħin inkluż l-iskola virtwali li twaqqfet apposta f’dan iż-żmien.

Fl-aħħarnett l-MUT irringrazzjat lill-edukaturi kollha tas-sapport u talli f’dawn il-mumenti diffiċli qegħdin jiġbdu lkoll ħabel wieħed għall-ġid komuni.

“96.5% tal-edukaturi ngħaqdu fl-istrajk” – UPE

Intant l-Union tal-Edukaturi Professjonali (UPE) qalet li għandha informazzjoni li l-istrajk kien suċċess b’rata ta’ madwar 96.5 fil-mija. Żiedet tgħid li xi skejjel kellhom massimu ta’ disa’ għalliema li marru għax-xogħol, filwaqt li oħrajn baqgħu bil-bibien magħluqin.

L-istqarrija tagħhom tenniet tirringrazzja lil dawk kollha li ngħaqdu f’dan l-istrajk u li tistenna li l-gvern jikkomunika magħhom dwar il-futur tat-tagħlim biex inkunu nistgħu nimxu flimkien ‘il quddiem.

Ekonomija

Sport