Tuesday, December 24, 2024

L-istudenti tal-Filippini jirritornaw fil-klassijiet wara nuqqas ta’ sentejn

Aqra wkoll

Illum ġewwa l-Filippini miljuni ta’ studenti reġgħu rritornaw fil-klassi wara iktar minn sentejn ta’ tagħlim b’distanza minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

Il-Filippini kien wieħed mill-ftit pajjiżi li kien għadu qiegħed jipprojbixxi li jsir tagħlim fil-klassijiet u dan biex ikun hemm inqas tixrid tal-Covid-19. Kien hemm għadd ta’ persuni li tkellmu dwar dan u wrew it-tħassib tagħhom għall-fatt li l-istudenti tilfu ħafna f’dik li hija edukazzjoni matul dawn is-sentejn u b’hekk hemm biża’ li l-kriżi li diġà hemm fl-edukazzjoni ġewwa dan il-pajjiż se tkompli tikber. 

Minkejja dan, is-sistema xorta waħda għadha ma ġietx lura għan-normal hekk kif b’kollox kien hemm 24,000 skola pubblika li reġgħu fetħu l-bibien u dan huwa biss in-nofs tal-iskejjel li hemm fil-pajjiż. Is-sistema skolastika mistennija li terġa’ tirritorna għan-normal f’Novembru li ġej. 

Il-Filippini kien fost l-iktar pajjiżi tax-Xlokk tal-Ażja li ntlaqat mill-pandemija fejn dan kellu qrib tliet miljun każ u madwar 50,000 mewt. 

Ekonomija

Sport