Sunday, December 22, 2024

L-Italja attenta dwar il-Mekkaniżmu Ewropew tal-Istabilità… iżda l-parlament jiddeċiedi jiġix attivat

Aqra wkoll

It-Taljani qegħdin attenti ferm dwar jekk jużawx il-Mekkaniżmu Ewropew tal-Istabilità, peress li dan ġie ddisinjat biex jindirizza kwistjonijiet oħra. Madankollu, jħossu li jekk ir-regoli ġodda dwar il-linji tal-kreditu jkunu meqjusa bħala adegwati, allura jkun jiddependi mill-parlament Taljan biex jiddeċiedi jużahx jew le. 

Hekk sostna l-Prim Ministru Taljan, Giuseppe Conte f’intervista ma’ Euractive, wara li l-Eurogroup approva l-użu ta’ €240 biljun f’linji ta’ kreditu mill-Mekkaniżmu Ewropew tal-Istabilità biex jagħtu appoġġ lill-ekonomiji fiż-Żoni Ewro li ntlaqtu l-aktar mill-pandemija. 

Conte qal li hu se jibqa’ attent dwar dan l-istrument, peress li ġie ddisinjat għal xokkijiet differenti u jdur ma’ qafas ta’ regoli li jirriflettu l-oriġini tiegħu. Madankollu, qal li jekk ir-regoli ġodda dwaru jkunu adegwati, imbagħad jiddependi mill-parlament Taljan biex jiddeċiedi jridx li l-Italja tattivah. 

Rigward il-Bank Ċentrali Ewropew, Conte qal li dan ta rispons qawwija u stieden biex issa anke l-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri jagħmlu l-istess. 

Ekonomija

Sport