L-Italja sfat eliminata mit-tazza tad-dinja tal-volleyball tan-nisa meta fis-semifinali li ntlagħbet f’Apeldoorn ġew megħluba mill-Brażil 3-1.
Kienet logħba li t-tim Sudamerikan kellu ħafna mill-punti fuq it-Taljani tal-kowċ Mazzanti.
Minkejja li t-Taljani ġabu l-iskor indaqs, il-Brażil kienu determinati u rebħu ż-żewġ settijiet ta’ wara sabiex issa se jilagħbu l-finali kontra s-Serbja.