Ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatika (NSO) juru li l-Italja baqgħet l-aktar destinazzjoni popolari mat-turisti Maltin, b’39.2 fil-mija tal-vjaġġi turistiċi totali li saru bejn April u Ġunju ta’ din is-sena.
L-istess ċifri tal-NSO jgħidu li bejn April u Ġunju ta’ din is-sena siefru minn Malta madwar 139,083 persuna. Minnhom dawn is-safriet 75,618 saru għal skopijiet ta’ vaganza, segwiti minn 39,320 li vjaġġaw biex iżuru ħbieb u qraba filwaqt li 16,038 kienu għal skopijiet ta’ negożju u attivita professjonali.
Il-biċċa l-kbira tat-turisti li siefru minn Malta kellhom bejn il-25 u l-44 sena (50.2 fil-mija), segwiti minn dawk fil-grupp ta’ età bejn il-45 u l-64 (26.8 fil-mija).
56.4% tat-turisti qagħdu f’lukandi u stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni mhux mikrija. It-tul medju li damu barra minn Malta kien ta’ 6.8 iljieli.
In-nefqa totali minn dawn il-vjaġġaturi fil-perijodu msemmi laħqet €113.3 miljun, ekwivalenti għal medja ta’ €815 għal kull persuna.
Iċ-ċifri tal-NSO juru wkoll li 131,173 vvjaġġaw bl-ajru u 7,901 marru bil-baħar.