Sunday, November 10, 2024

L-Italja taħt iċ-Ċiklun Poppea… Malta – l-agħar għall-10am

Aqra wkoll

Skont is-sit l-Aġġornament tat-Temp bħalissa riħ Forza 10 għax jaffettwa l-parti l-kbira tal-Italja. Pressjoni atmosferika fiċ-ċentru taċ-Ċilun Poppea hija ta’ 987hPa.
Skont l-esperti dan hu xi ħaġa rari ħafna li naraw din it-tip ta’ pressjoni baxxa f’dan il-livell.

Fil-Mediterran u fiċ-Ċentru tal-Mediterran ukoll qed nesperjenza riħ qawwi ħafna bħalissa hu Forza 7 mil-Lbiċ. Skont dak indikat mir-rapporti tat-temp jidher li l-qofol se jkun għall-ħabta tal-10a meta se nkunu qegħdin nistennew buffuri ta’ Forza 8 u anke possibilità ta’ Forza 9.

Esperti fl-Italja qegħdin jgħidu li dan hu l-agħar maltemp li qatt laqat il-pajjiż fl-aħħar snin.

Min-naħa ta’ talk.mt minkejja li ma hemm l-ebda lok ta’ allarm xorta waħda nitolbu lis-seġwaċi tagħna biex ikunu prudenti u kemm jista’ jkun ma jersqux lejn żoni fejn jaħkem l-aktar (il-Lbiċ u l-Punent).

Sport