Saturday, January 4, 2025

L-Italja tinsisti għall-ħelsien immedjat ta’ ġurnalista miżumuma f’Terhan

Aqra wkoll

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Italja kien f’kuntatt mal-Ambaxxatur Iranjan matul il-jum tal-Erbgħa fejn ħeġġeġ għall-ħelsien immedjat ta’ ġurnalista Taljan miżmum f’iżolament f’Tehran.

Cecilia Sala, ġurnalista freelance ta’ 29 sena li taħdem għall-gazzetta Il Foglio u hija wkoll podcaster, kien irrapportat li tkellmet dwar il-kundizzjonijiet ħżiena marbuta mad-detenzjoni tagħha fil-ħabs Evin, inkluż li kellha torqod mal-art fiċ-ċella tagħha mingħajr saqqu.

Sala, li marret l-Iran b’viża ġurnalistika, kienet arrestata fid-19 ta’ Diċembru li għada fuq akkużi li kisret il-liġi Iżlamika.

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Italja qal li waqt il-laqgħa ma’ Mohammad-Reza Sabouri, l-ambaxxatur tal-Iran f’Ruma, tenna t-talbiet tiegħu biex Sala tirċievi “kundizzjonijiet ta’ detenzjoni dinjitużi li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem” u għal garanzija li tkun permessa assistenza konsulari sħiħa, inkluż li tippermetti lill-Ambaxxatur Taljan fl-Iran biex iżurha u jipprovdilha dak kollu li teħtieġ.

Skont ma ġie rrapportat fil-midja Taljana, Sala kienet tkellmet mal-ġenituri tagħha permezz tat-telefown u qalet li kulma kellha kienu biss żewġ kutri, waħda biex torqod fuqha u l-oħra biex titgħatta mill-ksieħ. Allegat ukoll li l-ikel kien qed jingħatalha minn fetħa żgħira li kien hemm fil-bieb taċ-ċella, in-nuċċalijiet tal-qari tagħha ġew ikkonfiskati u li dawl “neon” kien mixgħul fiċ-ċella tagħha lejl u nhar, il-ħin kollu.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport