Sunday, March 22, 2026

L-Italja tivvota dwar jekk tbiddilx il-kostituzzjoni tagħha 

Aqra wkoll

Fl-isforzi tagħha għal vot “iva” fir-referendum kostituzzjonali, il-Prim Ministru tal-Italja Giorgia Meloni qiegħda timmira li tilħaq udjenzi ġodda.

Fil-jiem li għaddew, Meloni ħadet sehem f’podcast fejn ħeġġet lit-Taljani biex jivvutaw għal sistema ġudizzjarja li wiegħdet li tkun “aktar ġusta” għal kulħadd.

Il-partiti tal-oppożizzjoni ddeskrivew ir-riforma proposta mill-gvern tal-lemin bħala theddida għad-demokrazija u dawruha f’vot ta’ protesta kontra t-tmexxija ta’ Meloni. 

Issa li ilha fil-poter għal tliet snin u nofs, qrib rekord f’pajjiż ta’ koalizzjonijiet instabbli, Meloni tista’ tgħid li ġabet stabbiltà lill-Italja. Iżda hekk kif dan ir-referendum sar dejjem aktar personalizzat, hija tista’ tkun qed tiffaċċja l-ewwel telfa sinifikanti tagħha.

“Hija trid tirbaħ. Jekk titlef, ikun hemm impatt u hi tifhem dan,” spjega x-xjenzat politiku Roberto D’Alimonte mill-Università Luiss. “Għandha bżonn timmobilizza lill-votanti tagħha biex ikollha ċans aħjar li tirbaħ din it-tellieqa. Iżda se jkun bilanċjat ħafna.”

M’hemm l-ebda turnout minimu għal dan it-tip ta’ referendum – min jikseb l-akbar voti fuq jumejn ta’ votazzjoni jirbaħ. Il-kampanja “LE” diġà sabet l-appoġġ tat-trade unions.

Stħarriġ riċenti ssuġġerixxa wkoll li parteċipazzjoni baxxa se tkun qiegħda tiffavorixxi lil dawk kontra r-riforma. Kien għalhekk li Meloni kompliet timbotta favur l-“IVA” fejn qalet li t-tibdil fil-mod ta’ kif jaħdmu l-Imħallfin u l-prosekuturi kienu se jkunu qed jagħmlu s-sistema aktar meritokratika, aktar responsabbli u aktar effiċjenti”. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport