Friday, May 16, 2025

l-ITS tniedi l-Prospectus tagħha għas-sena Akkademika 2025-2026

Aqra wkoll

L-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) nieda l-aħħar verżjoni tal-prospectus għas-sena akkademika li ġejja 2025–2026.

Il-prospectus juri l-impenn kontinwu tal-ITS li jipprovdi edukazzjoni ta’ kwalità permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ programmi ta’ studju. Dawn ivarjaw mil-Livell ta’ Foundation (MQF/EQF Livell 2) sal-Livell ta’ Master’s Degree (MQF/EQF Livell 7), iddisinjati biex ilaħħqu mad-diversi ħtiġijiet ta’ industrija li dejjem qed tevolvi fil-qasam tat-turiżmu u l-ospitalità.

Il-prospectus jenfasizza fuq firxa diversa ta’ programmi ta’ studju li jindirizzaw livelli akkademiċi differenti. Dawn jinkludu Culinary Arts, Rooms Division, Events Management, Climate-Friendly Travel, International Hospitality Management, Diving Safety Management, Tourist Guiding, Travel & Tourism, Heritage Interpretation, MBA, u Food & Beverage Services.

Bħala parti mil-avveniment, ġew mistiedna career guidance officers minn skejjel pubbliċi, privati u tal-Knisja sabiex jagħtu ħarsa lejn l-offerti edukattivi u l-opportunitajiet ta’ karriera li jeżistu fl-industrija tat-turiżmu u l-ospitalità. L-avveniment iffoka fuq kif l-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu jappoġġjaw lill-istudenti fl-iżvilupp ta’ ħiliet u kompetenzi essenzjali.

Il-Kap Eżekuttiv tal-ITS, Pierre Fenech, tenna l-importanza ta’ dan l- avveniment, u qal: “Dan il-prospectus jirrifletti l-impenn kontinwu tagħna li nipprovdu lill-istudenti programmi ta’ studju ta’ kwalità għolja li jħejjuhom bil-ħiliet u l-għarfien meħtieġ biex jirnexxu fl-industrija tat-turiżmu u l-ospitalità. Wara konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati, għandna pjaċir inħabbru li l-programm tal-Bachelor in International Hospitality Management issa jinkludi oqsma ta’ speċjalizzazzjoni, sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jallinjaw l-istudji tagħhom mal-għanijiet professjonali tagħhom u mal-ħtiġijiet li qed jinbidlu fis-settur.”

L-applikazzjonijiet għall-programmi ta’ studju li jibdew f’Settembru 2025 huma miftuħa sat-8 ta’ Awwissu. Applikazzjonijiet se jiġu aċċettati wkoll wara l-pubblikazzjoni tar-riżultati tar-resits tal-MATSEC/SEC f’Settembru. Għal aktar informazzjoni dwar il-programmi ta’ studju u l-proċess ta’ applikazzjoni, żur is-sit elettroniku tal-ITS fuq www.its.edu.mt.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport