Monday, December 23, 2024

L-IVF… IKTAR SERĦAN IL-MOĦĦ GĦALL-KOPPJI

Aqra wkoll

Minn kemm ilu li tnieda s-servizz tal-IVF fl-Isptar Mater Dei fl-2014 diġà twieldu 252 tarbija li fissru l-ferħ ta’ tant koppji li forsi ma kellhomx tama li xi darba jsiru ġenituri. 

Dan il-proċess ta’ tnissil artifiċjali jirrifletti wkoll l-avvanzi kbar li għamlet ix-xjenza medika li fortunatament għal pajjiżna din ukoll qed induqu t-tjubija tagħha. 

Iżda dan mhux biss. Imma issa dawk il-koppji li jagħżlu li jidħlu għal dan il-proċess se jkunu megħjuna mill-bidu sal-aħħar tul il-proċess kemm finanzjarjament u anke medikament.

Ngħidu dan b’sodisfazzjon illi se titwettaq miżura oħra tal-budget li se teħles lill-koppji minn dik il-parti tal-proċess li kienu jħallsu għaliha huma stess. 

Dan billi kif tħabbar mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, il-Gvern se jagħti rifużjoni fuq l-ispejjeż tal-mediċini tal-IVF fil-forma ta’ għotja lill-koppji kollha mill-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena. Din il-miżura qed issir sakemm jaslu l-mediċini proprju f’nofs Ġunju ta’ din is-sena.

Ninnutaw li r-rata ta’ suċċessi tal-IVF f’pajjiżna hija waħda tajba ħafna, tant li r-rata ta’ suċċess diġà hi dik ta’ 21.5%. Ta’ min jinnota wkoll illi kieku koppja kellha tagħmel il-proċess b’mod privat kien ikollha tħallas madwar €15,000. 

B’riżultat tal-miżura kif imħabbra mill-Gvern, il-koppji li jagħżlu l-proċess tal-IVF issa għandhom iktar moħħhom mistrieħ kemm mill-aspett mediku u anke mill-aspett finanzjarju. 

Ekonomija

Sport