Saturday, January 4, 2025

L-ixjeħ persuna fid-dinja tmut fl-età ta’ 116-il sena

Jidher li l-ixjeħ persuna warajha hija soru li għandha 16-il jum inqas

Aqra wkoll

Tomiko Itooka, mara Ġappuniża rikonoxxuta bħala l-ixjeħ persuna fid-dinja, mietet fl-età ta’ 116-il sena f’dar tal-anzjani f’Ashiya, fil-Ġappun.

Imwielda f’Mejju 1908, Itooka għexet ħajja mimlija avvenimenti, inklużi żewġ gwerer dinjija u pandemiji. Infatti, matul it-Tieni Gwerra Dinjija, kienet tmexxi l-uffiċċju tal-fabbrika tat-tessuti tar-raġel tagħha. Wara l-mewt ta’ żewġha fl-1979, għexet waħedha f’Nara. Hija ħalliet jibku t-telfa tagħha żewġt ulied u ħames neputijiet.

Skont rapporti Itooka kienet tħobb tiekol il-banana u tixrob il-Calpis – xarba popolari fil-Ġappun.

Il-Ġappun għandu aktar minn 95,000 persuna ta’ 100 sena jew aktar, u issa s-soru Brażiljana Inah Canabarro Lucas hija meqjusa bħala l-ixjeħ persuna fid-dinja fejn hu stmat li għandha biss 16-il ġurnata inqas minn Itooka.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport