Fi Grupp G, f’ Wellington Regional Stadium, l-Iżvezja umiljaw lill-Italja meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 5-0.
Huma fetħu l-iskor fid-39 minuta permezz ta’ Amanda Ilestedt u rduppjaw l-iskor fl-44 minuta grazzi għal Fridolina Rolfo.
Fl-ewwel minuta ta’ ħin miżjud tal-ewwel taqsima, huma għamluhom tlieta permezz ta’ Stina Blackstenius.
U jidher li l-Iżvediżi ma kinux kuntenti biżżejjed b’dan l-iskor hekk kif fil-50 minuta minn skorjaw ir-raba’ goal permezz ta’ AmandaIlestedt,sabiex fil-95 minuta Rebecka Blomquist permezz ta’ xutt fil-baxx issiġillat ir-rebħa kbira Żvediża permezz tal-ħames goal.
B’hekk, l-Iżvezja kisbu l-passaġġ għall-fażi tan-knock-out mal-aħħar tmeinja.