Sunday, December 22, 2024

L-MBA tiltaqa’ max-Shadow Minister għall-Isport Graham Bencini

Aqra wkoll

L-assoċjazzjoni Maltija tal-boxing (MBA) kellha laqgħa kordjali mas-Shadow Minister għall-Isport l-Onorevoli Graham Bencini fejn ġew diskussi bosta temi li għandhom x’jaqsmu mal-isport inġenerali b’mod partikolari l-boxing.

Il-president tal-MBA Marc James kien akkumpanjat minn David Pace fejn ma’ Bencini tkellmu fuq il-bżonn li jkun hemm aktar fondi għall-isport u l-atleti inġenerali kif ukoll li jkun hemm żvilupp aħjar fuq il-livell tal-grassroots filwaqt li jkun hemm promozzjoni akbar tal-isport bħala stil ta’ ħajja aktar sana.

Min-naħa tiegħu, Graham Bencini saħaq fuq l-importanza li kull min hu involut fl-isport jaħdem id f’id sabiex jindirizza dawn it-temi. Hu wiegħed li se jkun qed jagħti s-sapport kollu meħtieġ lil din l-assoċjazzjoni li qed taħdem qatigħ biex tagħti sehem fl-iżvilupp sportiv fil-pajjiż.

F’kelmtejn il-president tal-MBA Marc James qal li jekk kulħadd jaħdem b’kollaborazzjoni sħiħa, nistgħu nipprovdu futur isbaħ lill-atleti tagħna filwaqt li l-isport jibqa’ parti importanti mis-soċjeta’ Maltija.

Ekonomija

Sport