Thursday, May 29, 2025

L-MBSA b’edizzjoni oħra tal-Beach Soccer Tournament

Aqra wkoll

Il-Malta Beach Soccer Association se tkun qed torganizza l-Beach Soccer Tournament fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa.

Ħames timijiet se jkunu qed jieħdu sehem fejn il-holders tal-kompetizzjoni Ħamrun Beach Soccer se jkollhom l-isfida ta’ La Playa, St George’s Beach Soccer, W/A Agency u Sliema Beach Soccer.

Il-kampjonat se jibda nhar it-Tnejn 2 ta’ Ġunju u jibqa’ sejjer sat-28 ta’ Ġunju fejn tintlagħab il-finali.

Kull tim se jilgħab tmien logħbiet fuq żewġ rounds u eventwalment l-aqwa erbgħa jilagħbu s-semifinali fejn jiġu deċiżi l-finalisti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport