Saturday, November 9, 2024

L-MCAST b’appell sabiex il-ħaddiema jiġu nfurmati bil-fatti veritiera

Aqra wkoll

Il-Kulleġġ Malti tal-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST) jiddikjara li qed jieħu nota ta’ dak imħabbar mill-Unjin tal-Għalliema (MUT) filwaqt li jibqa’ miftuħ għal laqgħat li matulhom l-MUT tipproponi l-pożizzjoni finali tagħha fuq diversi punti li għadhom mhux riżolti, inkluż l-aspetti finanzjarji.

Dan qalu l-Kulleġġ fi stqarrija, fejn ġie spjegat li l-laqgħat iseħħu u li kemm il-darba l-MUT tneħħi d-direttivi li qed iwasslu għat-tbatija tal-istudenti. L-MCAST jappella li l-ħaddiema jiġu nfurmati bil-fatti veritiera filwaqt li jtenni li m’għandux jintrema ix-xogħol li sar fl-aħħar xhur.

L-MCAST saħansitra ippropona riżoluzzjoni quddiem arbitru sabiex jintlaħaq qbil fuq punti mhux riżolti, wara numru ta’ laqgħat li matulhom il-partijiet kienu mistennija jressqu verżjoni finali ta’ dak rikjest.

In vista ta’ dan kollu, filwaqt li l-MCAST jappella għal djalogu li jissalvagwardja l-interess tal-edukaturi u wkoll tal-istudenti, l-MCAST jappella sabiex jitneħħew iddirettivi li qed jaffettwaw il-ħajja fuq il-kampus, sabiex il-partijiet jerġgħu jiltaqgħu, jekk neċessarju, anki f’fora stabbiltà mil-liġi industrijali qabel ikun hemm azzjonijiet ulterjuri li jkunu ta’ dannu għall-komunità edukattiva.

Sport