Saturday, October 26, 2024

L-MCAST b’Open Day għall-istudenti prospettivi

Aqra wkoll

Il-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST) se jkun qiegħed jorganizza Open Day għall-istudenti prospettivi u għal familjari tagħhom.

Din il-ġurnata hija mistennija li tolqot lill-istudenti sabiex ikollhom idea ċara dwar x’jipprovdi dan il-kulleġġ u sabiex jifhmu aktar fid-dettall kif inhi il-ħajja fil-kulleġġ. Apparti minn hekk, l-istudenti se jkollhom l-opportunita’ li jiltaqgħu mal-għalliema prospettivi.

Fl-istess ġurnata, l-istudenti se jkunu jistgħu jaraw il-190 kors li jvarjaw mill-livell bażiku sal-livel ta’ Baċċellerat u anke Masters. Huma se jkollhom iċ-ċans ukoll li jesploraw il-faċilitajiet ta’ tagħlim avvanzat, inkluż iċ-Ċentru tar-Riżorsi l-ġdid, il-libreriji ġodda, laboratorji u workshops li se jjkunu jistgħu jiġu użati mill-istudenti sabiex jiksbu prattika tal-industrija u esperjenza prattika.

Matul l-Open Days, is-sitt Istituti tal-MCAST – l-Istitut tas-Servizzi fil-Komunita (ICS), l-Istitut tal-Ġestjoni tan-Negozju u l-Kummerċ (IBMC), l-Istitut tal-Informazzjoni u Teknoloġija tal-Komunikazzjoni (ICT), l-Istitut għall-Arti Kreattiva (ICA), l-Istitut tal-Inġinerija u t-Trasport (IET), u l-Istitut tax-Xjenzi Applikati (IAS) u l-Istitut tal-Arti Kreattiva (ICA) se jorganizzaw sessjonijiet ta’ informazzjoni dwar il-korsijiet offruti. Dawn it-taħditiet se jgħinu lill-istudenti jifhmu fuq xiex se jiffokaw l-istudji tagħhom u kif it-tagħlim tagħhom se jkun iffurmat mill-bidu sal-aħħar.

L-ewwel Open Day se sseħħ fil-Kampus ta’ Raħal Ġdid fit-23 ta’ Ġunju mis-6:00 p.m sal-10:00 p.m, filwaqt li t-tieni Open Day se sseħħ jumejn wara, jiġifieri fil-25 ta’ Ġunju fil-Kampus tal-Mosta mill-5:00 p.m sad-9:00 p.m.

Sport