Monday, April 22, 2024

L-MCCAA ssolvi l-każi kollha ta’ tbagħbis fil-kilometraġġ tal-karozzi

Aqra wkoll

Dwar id-drittijiet tal-konsumatur, il-Ministru Farrugia Portelli qalet li f’dan il-budget “rajna li l-konsumatur ikun imwieżen biex nagħmlu tajjeb għal żidiet li qed naraw fuq livell internazzjonali fuq numru ta’ prodotti.”

Hija qalet li “b’mod regolari nagħmlu spezzjonijiet għall-għarrieda fil-ħwienet – Fl-2021 għamilna 11,894 spezzjoni fil-ħwienet madwar Malta u Għawdex. Minn dan it-total, 232 ħanut instab li ma kienx konformi u rregolarizza ruħu wara li nħarġet twissija bil-miktub jew verbali. “

Sadanittant, hija nnotat ukoll b’sodisfazzjon kif l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) b’mod proattiv solviet il-każi kollha (82) li kellha dwar it-tbagħbis fil-kilometraġġ tal-karozzi. Qalet li hija infurmata li l-Pulizija kompliet bil-ħidma tagħha fuq dan il-każ.

Sport