Ilbieraħ saret laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) fejn fiha ġiet diskussa d-direzzjoni li rridu nieħdu fis-settur tat-trasport f’pajjiżna.
F’din il-laqgħa, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett ippreżenta f’isem il-Gvern il-proposti li għandhom dwar kif se jkun immaniġġjat aħjar it-traffiku kemm fl-immedjat kif ukoll fiż-żmien li ġej (short to medium term).
Fil-kummenti tiegħu, il-Ministru Bonett qal li d-diskussjoni fi ħdan l-MCESD kienet waħda interessanti, sinċiera u skjetta li fiha ġew elenkati l-problemi relatati mat-traffiku iżda wkoll kien rikonoxxut il-fatt li kollha kemm aħna jeħtieġ li nagħmlu sforz biex din il-problema tittaffa.
Il-Ministru Bonett tenna li fil-jiem li ġejjin se jsiru wkoll diskussjonijiet mal-pubbliku f’dan ir-rigward għaliex “kulħadd irid ikun involut f’din id-diskussjoni.” “Dan għaliex għandna għan wieħed f’dawn il-proposti u l-miżuri; li nimxu ‘l quddiem flimkien.”