Wednesday, November 13, 2024

L-MDA tgħid li l-bejgħ tal-proprjetà f’Novembru żided bi 18% minn Novembru tas-sena li għaddiet

Aqra wkoll

Il-bejgħ tal-proprjetà matul ix-xahar li għadda kien 18% aktar mill-istess xahar tas-sena li għaddiet. Qalet dan l-Assoċjazzjoni Maltija għall-Iżviluppaturi.

L-Assoċjazzjoni qalet li minkejja l-inċertezza ekonomika kaġun tal-pandemija tal-Covid-19, l-istatistika preliminari tindika li ġew reġistrati 1,245 konvenju matul ix-xahar ta’ Novembru, żieda sinjifikanti fuq l-istess xahar tal-2019. Il-valur tal-proprjetà reġistrata f’konvenji kienet tlaħħaq il-€274 miljun, żieda ta’ €41 miljun – jew żieda ta’ 18% – minn Novembru tal-2019.

Madankollu l-MDA qalet li matul ix-xahar ta’ Novembru ġew reġistrati inqas konvenji mill-istess xhur tal-2017 u l-2018, u anke l-valur tal-proprjetà reġistrata kienet inqas.

Il-President tal-MDA, Sandro Chetcuti, qal li filwaqt li fiċ-ċirkostanzi attwali r-riżultati ta’ Novembru ta’ din is-sena huma inkoraġġanti, hemm aktar xi jrid isir biex l-ekonomija tkompli tirreżisti r-riċessjoni attwali.

Żied jgħid li filwaqt li s-settur tal-proprjetà u l-ekonomija inġenerali għadhom qed jiffaċċjaw problemi, l-aħbar pożittiva li l-vaċċin se jkun qed jitqassam fi żmien qasir iqanqal fiduċja li r-rota se ddur.

Ekonomija

Sport